Lokali Parlament

Il-gvern kien u għadu kompliċi ta’ Vitals u Steward

Adrian Delia, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna fil-parlament li l-Gvern Laburista kien u għadu kompliċi ma’ Vitals u Steward.

Adrian Delia qal li l-gvern qed jgħid biss gideb sfaċċat f’wiċċ il-poplu. Hu kkwota mis-sentenza fl-ewwel paġna artikliu 2 fejn intqal li l-konċessjoni kienet falliment bil-poplu Malti jkun il-vittma li ma ħax is-servizz. Robert Abela qed jifraħ b’din id-deċiżjoni għax il-poplu kien l-ikbar tellief.

Hu qal li fl-arbitraġġ intqal li l-ebda parti offriet evidenza mingħand dawk li kienu qed jiddeċiedu fosthom Konrad Mizzi u Chris Fearne. Dwar l-€400 miljun, Adrian Delia qal li l-arbitraġġ qal li straħ fuq ir-rapporti tal-NAO, li f’Mejju 2023 iddikjara li bejn l-2016 u l-2021 il-gvern ħalls €286 miljun bejn Vitals u Steward b’salarji oħra ta’ €188 miljun. Għalhekk l-ammont totali kien €456 miljun. Wara dan ir-rapport kien hemm sentejn li fihom fil-budget, il-gvern reġa tahom €70 u €80 miljun. Il-gvern stess fl-arbitraġġ qal li kien talab €487 miljun mingħand Steward.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan ma kinx kuntratt biex Steward imexxu l-isptarijiet iżda biex jinbnew l-isptarijiet u modernizzar tal-isptarijiet. Dawn ma sarux. Il-PN kien insista li l-gvern ma jibqax joħroġ il-flus lill-ħallelin; kif stabbiliet il-qorti. Il-gvern seta’ ġab il-prova ta’ dak li ħallas f’din il-kawża iżda l-gvern iġġieldu kontra l-poplu Malti u favur Steward.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-arbitraġġ sostna li l-gvern iddefenda b’mod ewlieni kontra Steward kienet li jikkunsidra l-kawża ta’ Adrian Stewrad li rebaħ il-kwża kontra Steward. Il-gvern ta’ Malta mar armat bis-sentenza li ġibt jien biex ma jieħdux iktar flus, sostna Adrian Delia.