Lokali Parlament

Il-gvern stess ammetta l-€400 miljun; anzi talab €488 miljun migħand Steward

Darren Carabott, PN

Id-Deputat Nazzjonalista sostna fil-parlament li ċ-ċifra ta’ €400 issa qed tirriżulta ukoll mit-talba li għamel il-gvern Malti quddiem l-arbitraġġ;l anzi talab €488 miljun.

Darren Craabott qal dan dalgħodu fil-parlament fejn sostna li l-Prim Ministru ma kkwotax mir-rapport tal-arbitraġġ propju għaliex l-arbitraġġ iddikjara li l-konċessjoni kienet falliment tant li nfetħu proċeduri fil-qrati fejn il-vittmi ewlenin kienu l-poplu Malti.

Il-Prim Ministru reġa’ kien l-avukat ta’ Steward u Vitals u allega li s-servizi ingħataw iżda fir-tribunal ul-gvern talab tnaqqis sostanzjali għaliex is-servizzi għandhom jitnaqqsu fil-kuntest tal-fallimenti ta’ Steward.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li issa l-Prim Ministru li ma kien hemm ħadd rebbieħ mill-arbitraġġ meta oriġinarjment kien aġreħ ikanta vittorja. Hu sostna li l-opinjoni pubblika qed tiddikjara li l-pożizzjoni hi ta’ spin għaliex ma rnexxielux iħib it-talba tal-gvern stess għal €488 miljun.

Dan jikkonferma minn fejn ġiet is-somma ta’ €400 miljun flimkien mal-interessi. Il-poplu kien vittma għaliex kien hemm gvern li biex jingħataw l-aqwa servizzi tas-saħħa u ma sar xejn. Il-gvern ammetta li għamlet it-talba tiegħu fuq seba’ ksur tal-Vitals mill-kuntratt fosthom li jiżviluppa, jopera u jżomm l-isptarijiet.

I-gvern jibqa’ jaqbe’ għal Vitals u Steward, sostna Darren Carabott li rrifera għas-sentenzi fil-każ mitfuħ ta’ Adrian Delia. Il-gvern kien għadu qed jiddefendi dan il-kuntratt f’dan il-perjodu. Hu fakkar fit-tliet rapport tal-Awditur Ġenerali bejn l-202 u l-2023 li staqsew x’qed jagħmlu Vitals f’Malta meta m’humiex iżommu l-obbligu kuntrattwali tagħhom. Dan kienu importanti l-kawżi ta’ Adrian Delia li l-gvern użhom fl-arbitraġġ.

Darren Carabott fakkr li l-Qorti ddeċidiet li kien hemm kollużjoni qabel, waqt u wara li saru l-kuntratti bejn Vitals u l-gvern. Dan quddiem sitwazzjoni fejn hawn sevrizz diżastruż anki fiċ-Ċentru ġdid ta’ Raħal Ġdid u fl-Emerġenza f’Mater Dei. Il-kuntratti qatt ma jmisshom saru għax inħlew 10 snin.