Il-PN imur Brussell biex jiddefendi lill-Maltin: il-ħidma ta’ Alex Borg u ta’ Peter Agius twassal biex tittieħed azzjoni kontra sajjieda Tuneżini
Is-sajjieda Maltin se jkollhom aktar serħan il-moħħ waqt li jkunu fuq il-baħar.
Dan hu r-riżultat tal-ħidma li jagħmel il-Partit Nazzjonalista fi Brussell.
Il-PN jilqa’ l-aħbar li l-awtoritajiet se jkunu qed jieħdu azzjoni legali fil-konfront tas-sajjieda Tuneżini, li qed jisirqu l-lampuki tas-sajjieda Maltin, grazzi għax-xogħol li għamel il-PN tul is-snin.
Din l-azzjoni legali mill-awtoritajiet Tuneżini kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea fuq is-sajd illegali ta’ bastimenti Tuneżini fuq l-irkaptu tas-sajjieda Maltin u Għawdxin qed tasal wara diversi rapporti li ressaq il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius fuq livell Ewropew dwar din il-kwistjoni li ilu jaħdem fuqha sa mill-2018, u minn dakinhar ġibed l-attenzjoni ta’ Kummissarji differenti.
Din l-istess kwistjoni kienet diskussa wkoll waqt laqgħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg mal-Kummissarju Ewropew għas-Sajd Kostas Kadis ix-xahar li għadda fejn Alex Borg, flimkien mal-MEP Peter Agius, talbu azzjoni kontra s-sajjieda Tuneżini.
Ftit tal-ġimgħat wara din il-laqgħa jidher li l-awtoritajiet Tuneżini qed jieħdu azzjoni legali u l-Kummissjoni Ewropea qed tuża wkoll il-mezzi leġiżlattivi biex tgħin lis-sajjieda Maltin.
Dan mhux biss jixhed kif il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fi Brussell kontinwament tħalli riżultati tajbin li jgawdu minnhom il-Maltin u l-Għawdxin imma jġib għalkollox fix-xejn il-kliem vojt li kull tant żmien jirrepetu divesi esponsenti tal-Gvern dwar x’jagħmel il-PN fi Brussell.
Il-ħsara fi Brussell jagħmilha min imur hemm biex isaħħan il-bank imbagħad jipprova jirkeb fuq il-ħidma tal-PN biex jipprova jieħu l-kredtu hu.
Il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jkun viċin is-setturi kollha tas-soċjetà u jisma’ l-bżonnijiet tagħhom. Fl-aħħar ġimgħat il-Kap tal-PN flimkien mas-Shadow Minister responsabbli mis-sajd Toni Bezzina ltaqgħu ukoll maż-żewġ koperattivi tas-sajd f’Marsaxlokk.
Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-uffiċjali taċ-Ċivil involuti biex ittieħed dan il-pass importanti u jimpenja ruħu li jkompli jkun il-vuċi tas-sajjieda, tal-konsumaturi u tal-familji Maltin u Għawdxin kollha kemm f’Malta kif ukoll fi Brussell.
Dan hu xhieda li l-Partit Nazzjonalista anke mill-Oppożizzjoni qed jagħmel id-differenza, din id-darba fix-xogħol u b’risq l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

