Lokali Parlament

Il-poplu se jbati konsegwenzi fit-tul minħabba l-iskandlu tal-isptarijiet


Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Sptieri sostna fil-parlament li l-poplu se jbati konsegwenzi fit-tul minħabba l-iskandlu tal-isptarijiet.

Stephen Spiteri qal li Vitals ma kellhomx esperjenza fil-qasam mediku u sostna li l-problemi bdew meta Chris Fearne kien talab awditjar ar mill-NAO u r-riżultati huma magħrfua.

Hu qal li San Luqa tħalla vojt u Steward amministraw biss l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dawn ġew biss għall-profitt mid-€900 miljun b'detriment għall-pazjenti Maltin kif iddikjaraw il-qrati Maltin u l-arbitraġġ internazzjonali.

Il-PN jemmen li l-isptarijiet tal-Istat għandhom jitmexxew mill-Istat. Il-miljuni li ngħataw lil Vitals u Stewrad ma jistgħux ikunu ġustifikati għaliex kien hemm nuqqas fis-servizzi u nuqqas ta' trattament ġust lill-professjonisti mediċi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-flus issa ntilfu iżda l-pajjiż tilef iż-żmien biex ikun modernizzat l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Il-poplu Malti jistħoqqlu aħjar u kieku twettqu l-obbligi kuntrattwali l-pajjiż llum għandu sptar ieħor.

Dan wassal biex illum ċertu servizzi fosthom l-Emerġenza marret għand il-privat, bħall-operazzjonijiet. Dan qed iwassal biex il-pajjiż qed iħallas iktar għaliex il-gvern m'għandux infrastruttura fis-saħħa.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li din is-sitwazzjoni se twassal biex iul-pajji mhux se jlaħħaq mal-isifid tas-saħħa fil-futur. Hu sostna li dan il-kuntratt ħoloq diffikultà li l-poplu se jbati konsegwenzi għal snin twal.