Lokali

“Irridu nissalvagwardjaw il-ġurnaliżmu f’pajjiżna” – Il-Kap tal-PN Alex Borg

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

“Irridu nissalvagwardjaw il-ġurnaliżmu f’pajjiżna għaliex huwa pilastru fundamentali fid-demokrazija,”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’laqgħa li kellu mal-preżantatur James Aaron Ellul u l-kontributur tal-ġurnali Noel D’Anastas hekk kif rebħu l-unuri f’isem Net Media fl-IGM Awards.

Infatti matul din is-serata Net Media rebħet l-unur għall-aħjar użu tal-lingwa Maltija fix-xandir li intrebaħ mill-preżentatur James Aaron Ellul bil-programm ‘Profili’. Dan filwaqt li l-kontributur tal-ġurnali “In-Nazzjon” u “Il-Mument” Noel D’Anastas rebaħ l-unur għall-aħjar użu tal-Malti miktub.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom kif ukoll sostna li s-suċċess ta’ Net Media ma tkunx possibbli mingħajr id-dedikazzjoni li jħaddnu l-ħaddiema kollha.

Intant, għal din il-laqgħa Alex Borg kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello kif ukoll miċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media Clayton Tanti Gregoraci.