Il-Belt se terġa’ tilbes il-libsa tal-Milied bi programm ieħor ta’ ‘Christmas in the Capital’… staġun festiv li se jestendi bejn il-25 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru.
F’dan il-perjodu, il-belt kapitali se terġa’ tesperjenza l-atmosfera tal-festi. U din is-sena, wara l-kontroversja tal-Milied li għadda, is-siġra tal-Milied se tkun iddisinjata mill-artist popolari Henry Galea.
Din is-siġra se jkollha elemtni multi sensory. U fost l-oħrajn, se tkun qed tarmi aroma partikolari ħafna.
Fost l-attivitajiet ewlenin tal-programm ta’ żmien il-festo hemm, kunċerti live minn Klinsmann, Kevin Paul, The New Victorians u Riona kif ukoll Tikka Banda.
Il-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin se ssir fit-18 ta’ Diċembru, waqt li l-Lejlet l-Ewwel tas-Sena, il-Belt se tilqa’ lill-istilla internazzjonali John Newman.
Dan apparti li se jkun hemm wirja ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir.
L-attivitajiet ta’ żmien il-Milied se jinkludu wkoll korijiet f’postijiet bħall-Knisja tal-Ġizwiti, oratorju u installazjonijiet tal-Milied interattivi.
Il-festi jiftħu malli jinxtegħlu d-dwal tal-Milied fil-25 ta’ Novembru fis-sitta ta’ filgħaxija. Din l-attività se tkun segwita minn kunċert tal-Kor Centrestage fi Pjazza Ħelsien.
//= $special ?>

