Joe Gigilio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Gigilio sostna fil-parlament li l-arbitraġġ kien mitlub jiddeċiedi biss fuq talba ta’ Steward li riedu wkoll il-ħlas ta’ €100 miljun li kienu saru fil-kuntratt ta’ Konrad Mizzi.
Joe Giglio qal li r-riġenerazzjonijiet tal-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u ta’ Għawdex baqa’ ma seħħ qatt u kompla li l-kuntratt kien annullat biss gminħabba l-każi li għamel Adrian Delia. Il-qorti ddikjarat aġir frawdalenti u possibbilment kriminali qabel u waqt il-konċessjoni. Minn din is-sentenza appellaw Steward u l-Qorti tal-Appell iddikjarat li kien hemm kollużjoni anki minn uffiċjali ogħlja tal-gvern.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-kuntratt kien dikjarat null minħabba l-frodi, li legalment kisser kollox. Minkejja dan, Steward marru huma fit-tribunal tal-arbitraġġ, fejn sostnew li kellhom klawsola tal-€100 miljun. Dan l-arbitraġġ ma kellux bażi legali għaliex Steward sostnew li kien jonqoshom jieħdu €100 miljun u xi flus oħra.
Joe Giglio qal li meta kuntratt ikun annullat fuq frodi, l-ebda ftehim ma jista’ jkollu bażi legali. L-arbitraġġ ma kellux jiddeċiedi fuq jekk Steward żammewx il-kundizzjonijiet tal-ftehim iżda fuq il-ftehim ta’ €100 miljun. Joe Gigilio qal li t-talba tal-gvern li jipprova jġib flus mingħand Steward kienet miċħuda mill-arbitraġġ u ma rnexxilux iġib il-kumpens mingħand Steward. Minkejja dan il-gvern illum qed jifraħ.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-arbitraġġ ma kinx mitluq biex jgħid jekk l-€400 miljun f’investimetn sarx jew le għaliex kien mitlub jiddeċiedi biss fuq il-€100 miljun. Joe Giglio semma’ lill-Professur Albert Fenech mar jaħdem magħhom iżda dan telaq wara ftit għaliex minkejja li saru x-xogħlijiet, dan ix-xogħol ma kinx attwat u l-flus tħallsu għalxejn.
L-investimenti li kellhom jagħmlu Steward ma sarx u warajhom ħallew baħħ, sostna Joe Gigli, li qal li allħares ma kinx l-Isptar Mater Dei li bena Gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>

