Mill-25 ta’ Novembru li ġej pajjiżna se jkollu l-ewwel mara ta’ dixxindenza Maltija sservi fil-House of Lords fir-Renju Unit – wieħed mill-akbar unuri li persuna tista’ tikseb.
Dan wara li t-tabiba Clare Gerada ngħatat it-titlu ta’ Dame bħala rikonoxximent f’xogħolha – titlu li kienet ngħatat mir-Reġina Eliżabetta II.
Preżentament Clare Gerada tinsab f’pajjiżna u f’kummenti ma’ Net News hija qaltilna li tħossha kburija li se tkun l-ewwel mara Maltija li se tkun qed isservi fil-House of Lords. Apparti minn hekk, hi kellmitna dwar il-mument li rċiviet din l-aħbar tant sabiħa.
Claire Gerada ilha ‘il fuq minn 40 sena taħdem bħala tabiba fil-qasam tal-vizzji. Hi qalet li mal-mument li se tibda sservi fil-House of Lords se tindirizza dan is-suġġett tant delikat bil-għan li aktar persuni ma jaqgħux fil-vizzji.
It-tabiba Clare Gerada mxiet fuq il-passi ta’ missierha li kien tabib fiż-Żejtun – fejn imbagħad hi studjajt il-mediċina fil-University College London dan apparti li tħarrġet ukoll bħala psikjatra.
Dan apparti li kienet l-ewwel mara wara 50 sena li mexxiet ir-Royal College of General Practictioners.
//= $special ?>
