i
L-awtoritajiet f’Delhi iddikjaraw stat ta’ emerġenza wara li mietu talanqas għaxra fi splużjoni viċin stazzjon tal-metro fil-kapitali…Id-dettalji għadhom deħlin su fost l-istennija għal żieda fiċ-ċifri tal-vittmi u l-midruba.
L-inċident seħħ viċin l-Istazzjon tar-‘Red Fort’ li jinsab f’zona mill-aktar iffullata ta’ din il-belt. Bħalissa wkoll għaddejjin l-investigazzjonijiet bir-reqqa, bl-awtoritajiet ma jeskludux il-possibbiltà ta’ azzjoni terroristika.
L-isplużjoni anki kaġunat in-nirien f’zona qlab salib it-toroq fl-inħawi – u fejn numru ta’ vetturi u auto-rickshaws spiċċaw fl-eqqel tal-fjammi.
Dan meta l-midruba fl-inċident x’aktarx li, ‘il quddiem, jitilgħu għal livelli sinifikanti,.
//= $special ?>

