Lokali Parlament

Li kien għall-Gvern l-isptarijiet kienu jibqgħu għand Steward

Bernard Grech, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Bernard Grech li kieku kien għall-Gvern l-isptarijiet kienu jibqgħu għand Steward.

Bernard Gerch qal li l-gvern qed jgħid li ddefenda lill-poplu Malti minn dawk li l-qorti saqbet li sabithom f’kolluża biex insterqu l-flus u s-saħħa tal-poplu. Dan hu gvern li kapaċi jbiddel il-verità, sostna Bernard Grech, li kompla li l-Prim Ministru kien jgħid li hu mar quddiem l-arbitraġġ u li fetħu hu. Il-Prim Ministru issa nqabad f’gidba għaliex l-arbitraġġ infetaħ minn Steward għaliex dawn riedu l-€100 miljun li kien wiegħdhom Konrad Mizzi anki jekk jitħassar il-kuntratt.

Bernard Gerch sostna li l-arbitraġġ stess iddikjara li l-akbar vtitma kien il-poplu Malti propju taħt il-gvern Laburista bejn l-2013 u llum. Is-servizz tas-saħħa seta’ kien ħafna aħjar kieku l-Gvern għamel ftehim ma konċessjonarju onest u mhux ma min seraqna. Gvern Nazzjonalista nefaq il-miljuni fis-saħħa hemm Mater Dei; monument fis-servizz tas-saħħa. Hu fakkar li l-ex Ministru tas-Saħħa kien qal li “this is the real deal” meta minn dan il-ftehim insteraq il-poplu Malti.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-Isptar Karen Grech u semma’ kif ikkollossat gallarija fejn setgħu mietu pazjenti jew infermiera; dan għaliex Vitals u Steward m’għamlux l-investiment li suppost għamlu.

Bernard Grech semma’ wkoll każ fejn madwar 20 persuna fosthom żgħażagħ li ilhom jistennew ix-xhur għal operazzjoni kbira fl-ortopedija u kellu jiġi team mediku għal dawn l-operazzjonijiet iżda irċevew telefonata ftit qabel li l-operazzjoni mhux se ssir għaliex ma sarx dak li kellu jsir biex jippreparaw għal dawn l-operazzjonijiet. Dan juri li l-vittma hu l-pplu Malti

Bernard Grech kompla li l-PN kien ilu snin jinsisti li l-gvern iwaqqaf din is-serqa u ma jagħtix iktar flus lil Steward iżda l-gvern mar il-qorti fil-kawża ta’ Adrian Delia biex jostokalaw u biex il-poplu ma jieħux flusu lura. Il-PN għamel ukol protest ġudizzjarju biex il-gvern ma jibqax jagħti l-flus lil Steward biex issa mar talabhom lura fl-arbitraġġ.

Il-Prim Ministru stess ammetta li dan il-ftehim ma jmissux sar iżda għax hu Prim Ministru kompromess ma setax iwaqqfu l-ftehim u baqa’ jiddefendihom. Għalhekk il-qorti ddikjarat serqa, frodi u kolużjoni, sostna Bernard Grech, li kompla li issa l-gvern qed iwaħħal f’Adrian Delia għax ma ġabux il-fus misruqa lura. Dan ifisser li sa-lum il-PL ma jistax jaċċetta li ġab l-isptarijiet lura għax li kien għall-gvern l-isptarijiet kienu jibqgħu għand min iffroda lill-poplu Malti. Is-senetnza tal-arbitraġġ hu konferma li l-gvern aħdem kontra l-interesi tal-poplu malti u li kien il-PL li ġab l-isptarijiet lura.