Lokali

Neville Gafà lill-partitarji Laburisti: “Ħabbtu bibien oħrajn”

Kull ma jmur, qed ikompli joħroġ fil-beraħ il-paniku u l-inkwiet serju li għaddej minnu l-Partit Laburista hekk kif diversi esponenti qed jagħżlu li jitkellmu fil-miftuħ dwar dak li għaddej bħalissa. Meta sa ftit ta’ snin ilu, wieħed lanqas kien joħloq li l-klikka tal-establishment tispiċċa maqsuma b’dan il-mod.

U issa, reġa’ tfaċċa Neville Gafà li ma ddejjaqx jgħid pubblikament li hemm ħafna partitarji laburisti li mhux jinqdew.

Għal ħafna, din kienet botta ċara lejn il-Ministri ta’ Robert Abela. Għal oħrajn, dan kien kliem li b’mod sottili ried juri kemm kienu aħjar fi żmien Joseph Muscat – xi ħaġa li riċentament qalha wkoll id-Delegat Speċjali tal-Labour Jason Micallef meta kiteb dwar “id-differenzi” bejn iż-żewġ gvernijiet.

Permezz ta’ video, Neville Gafa qal lill-partitarji biex iħabbtu bibien oħrajn. Dan għaliex issa għalxejn imorru għandu, wara li irriżenja – botta ċara u diretta għall-fatt li hemm ħafna nies mhux qed jingħataw widen.