Micallef temm fis-seba’ post f’siegħa, erba’, minuti, u 57 sekonda.
Il-ħin kien minuta u 16-il sekonda aktar mill-aqwa ħin nazzjonali stabbilit minn Jordan Gusman fin-nofs maratona f’Aramco Houston meta rreġistra ħin ta’ siegħa, 03 minuti u 41 sekonda f’Jannar 2023.
F’Ravenna Micallef spiċċa fis-seba’ post u rebaħ il-kategorija ta’ ‘l fuq minn 35 sena b’rekord nazzjonali ġdid fil-klassi.
Philemon Koskey tal-Kenja spiċċa l-ewwel fit-tellieqa f’ħin ta’ siegħa, tliet minuti u 37.09 sekondi.
Koskey spiċċa qabel sieħbu Enos Kakopil, li temm f’siegħa, 03 minuti u 54.60 sekondi qabel Kibet Difas tal-Uganda.
Simon Spiteri wkoll kien fl-azzjoni f’Ravenna, u rnexxielu jirreġistra rekord personali ġdid meta temm id-distanza f’siegħa, 07 minuti u 30.73 sekondi.
//= $special ?>

