Fil-passat, il-ġurnata tal-11 ta’ Novembru kienet magħrufa bħala Jum l-Armistizju. Illum, aktar komunament magħrufa bħala Jum it-Tifkira – bis-simbolu tal-peprina jiċċelebra l-memorja tal-vittmi li mietu fiż-żewġ gwerer dinjija.
Din il-ġurnata tfakkar dak li ġara fil-11 ta’ Novembru tal-1918, meta fil-ħdax ta’ filgħodu ġiet fi tmiemha l-Ewwel Gwerra Dinjija bl-ifirmar tal-armistizju. Għalkemm mas-snin, is-sinifikat ta’ dan l-armistizju twessa’ aktar biex jingħata ġieħ lill-vittmi kollha taż-żewġ gwerer.
F’Malta, iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ tifkira ssir f’riġlejn il-Monument tal-Gwerra, bis-sehem tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija. U ssir dejjem fl-eqreb Ħadd għall-jum tal-11 ta’ Novembru.
Il-fjura tal-peprina – il-famuża poppy – matul is-snin, saret tissimbolizza l-paċi. U l-kulur ħaj u qawwi tagħha jissimbolizza d-demm tal-ġellieda li mietu biex propju jassiguraw il-paċi madwar id-dinja.
Il-peprina tibqa’ tissimbolizza tifkira u konsolazzjoni fi żminijiet ta’ telfa.
Madwar il-Commonwealth, dan is-simbolu baqa’ popolari ferm f’dan iż-żmein tas-sena, u jfakkar fil-ħruxijiet li għaddew minnhom missirijietna biex qed inawgdu l-għaqda u l-prosperità fl-epoka moderna li ninsabu fiha. Minkejja li għad hawn ħafna popli li għadhom sal-lum qed jaffaċjaw il-qilla ta’ ġlied u gwerer.
//= $special ?>

