Lokali

Il-bdiewa fiż-żona ta’ ħlantun urtati bil-fatt li ma jistgħux jidħlu fl-għalqa tagħhom bl-inġenji

Bosta bdiewa u oħrajn li għandhom ir-ragħba fl-inħawi fiż-żona ta’ ħlantun fil-limiti taż-żurrieq esprimew il-frustrazzjoni tagħhom għal fatt li ix-xogħol li qed isir fl-isqaqin u t-toroq tal-madwar issa ilu għaddej ftit mhux ħażin u għal prejodu twil ma jistgħux jaċċessaw l-għelieqi tagħhom, speċjalment meta jkollhom bżonn jidħlu bl-inġenji agrikoli.

Intant jidher li s-sitwazzjoni għadha kif inhi u ma’ din il-Kamra tal-aħbarjiet, in-nies affetwati, qalulna li bħal issa qed ikollhom jaqtgħu lura minn ċerta sengħa li tesiġi li ssir f’dan iż-żmien tas-sena speċifiku. Ix-xogħol ilu minn ta’ l-inqas 15-il ġurnata wieqaf.

Dan juri forst l-oħrajn nuqqas ta’ attenzjoni u pjanar mill-awtoritajiet ikkonċernati, speċjalment sabiex ċerta xogħlijiet isiru fi żminijiet aħjar.