Lokali

Is-Serqa Vitals: Il-Ministri jirrepetu li l-poplu ħa ‘fair value’

Il-Grupp Parlamentari Laburista qed jibqa’ jirrepeti l-istess mantra u narrattiva tal-Prim Ministru Robert Abela – li pajjiżna ħa valur ġust u fair deal mingħand Vitals u Steward.

Dan minkejja li fir-rapport tal-arbitraġġ jingħad iswed fuq l-abjad li l-vittma minn dan id-deal ma kien ħadd ħlief il-poplu Malti u Għawdxi.

Iżda, skont il-Gvern u Robert Abela, Malta rebħet, u l-Partit Nazzjonalista xandar gidba meta appella għall-€400 miljun; għalkemm il-verità hi, li l-Gvern stess talab saħansitra għal kumpens għola – talba ki ġiet miċħuda.

Sa issa, il-Maltin u l-Għawdxin għadhom qed jistennew x’fair value ħadu minn dan id-deal – bi snin twal jistennew ż-żewġ sptarijiet mwiegħda, vittmi ta’ kollużjoni bejn il-barranin u l-Gvern, bħal ma ġie dikkjarat mis-Sentenza tal-Qorti tal-Appell…sentenza li aċċettaha anke l-Gvern stess.