Unjoni Ewropea

Peter Agius iniedi l-programm ta’ Study Visits

Opportunita mill-isbaħ… tapprezza x-xogħol li jsir fi ħdan il-Parlament Ewropej… u tara l-opportunitajiet kollha fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej…

Dawn kienu biss ftit mill-kummenti minn żgħażagħ waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-MEP Peter Agius f’Dar l-Ewropa t-Tlieta filgħodu, fejn matula ġie diskuss il-programm tas-Study Visits li jorganizza Peter Agius fi ħdan il-Parlament Ewropew f’Brussell.

Hu spjega li matul din is-sena aċċetta 42 viżitatur, u matul il-ħin tagħhom fi Brussell, li varja bejn ġimgħa u xahar, l-istudenti kellhom l-opportunita jaraw il-ħidma tal-MEP’s fi ħdan il-Parlament, jisimgħu għadd ta’ diskorsi, jipparteċipaw f’exchange of views f’gruppi tal-EPP dwar temi differenti, kif ukoll iltaqgħu ma’ għadd ta’ Kummissarji.

Matul din il-konferenza tkellmu wkoll għadd ta’ żgħażagħ Maltin li attendew Study Visit fejn kollha sostnew li tgħallmu ħafna minn din l-opportunita, u ħeġġew lil studenti oħrajn japplikaw biex ikollom din l-opportunita.

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll ix-Shadow Minister għaż-Żgħażagħ Bernice Bonello, illi sostniet li dawn it-tip ta’ programmi huma essenzjali għall-istudenti, u bihom titgħallem affarijiet li mill-  bank tal-iskola ma titgħallimx.

Peter Agius temm billi qal li dawn is-Study Visits huma esperjenza ta’ valur għall-istudenti kollha minn kwalunkwe kors, u ħeġġeġ lill-istudenti jieħdu din l-opportunita.