Raġel ta’ 39 sena residenti l-Furjana weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ muturi fil-bypass tax-Xemxija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1330hrs tat-Tlieta waranofsinhar hekk kif skont kelliem għall-Pulizija jidher illi kien mutur tal-għamla Honda, li daħal f’mutur tat-Transport Malta li f’dak il-waqt kien qiegħed jagħlaq it-triq hekk kif kienet għaddejja operazzjoni sabiex jitneħħa xi żejt li nxtered.
Kelliema għall-Pulizija nfurmaw lil dan l-istazzjon li f’dak il-ħin l-ebda uffiċjal ta’ Transport Malta ma kien abbord il-mutur u għaldaqstant fortunatament ma ndarab l-ebda uffiċjal ta’ TM.
Ir-raġel tal-mutur li kien qed isuq il-mutur Honda ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
It-triq tinsab magħluqa għall-karozzi. Fil-post hemm numru ta’ Pulizija għaddejin bl-investigazzjoni tagħhom.
Aktar dettalji malli jaslulna



