CHAN Kok Wai, Malasjan ta’ 28 sena ġie kkundannat għal piena ta’ 12 sena u sitt xhur priġunerija effettiva, mil-liema għandu jitnaqqas iż-żmien li ilu nżamm taħt arrest preventiv li tttraffika iktar minn 14-il kilo droga. Huwa ngħata wkoll multa ta’ €23,000, li fin-nuqqas ta’ ħlas tiġi konvertita f’piena ta’ priġunerija
Huwa nstab ħati flok għadda ġuri wara li ammetta li fil-perjodu ta’ qabel it-23 ta’ Frar 2025 kien fil-pussess, traffika u saħansitra importazzjoni ta’ materjal erbaċeju identifikat bħala kannabis f’Malta, b’piż totali ta’ 14.274 kilogrammi u persentaġġ medju ta’ THC ta’ 20%, b’valur fuq is-suq stmat fi €157,014.
Iċ-ċittadin Malasjan, wasal f’Malta nhar it-23 ta’ Frar 2025 u ġie arrestat kważi minnufih ġewwa l-ajruport ta’ Malta, kif ukoll il-fatt illi għalkemm ma jistax jingħad li l-ammissjoni tiegħu ġiet reġistrata fl-iżjed stadji bikrija tal-proċeduri, huwa rreġistra din l-ammissjoni qabel inħareġ l-Att tal-Akkuża fil-konfront tiegħu.
Il-Qorti qieset in oltre n-natura serja tar-reati odjerni u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluż illi nhar it-23 ta’ Frar 2025, huwa mporta ġewwa Malta 29 pakkett kontenenti materjal erbaċeju ta’ lewn ħadrani, liema materjal ġie identifikat mill-espert ix-Xjenzat Dr. Gilbert Mercieca bħala partijiet mill-pjanta tal-cannabis.
Dawn taw riżultat pożittiv għall-presenza tat-Tetrahydrocannabinol, b’piż totali dan il-materjal ta’ 14.274kg., b’persentaġġ medju ta’ cannabinoid (∆9-THC) fil-materjal, ta’ 20 fil-mija. Il-Qorti, fil-ħatra tal-piena, ikkunsidrat kemm il-fedina kriminali netta tal-imputat kif ukoll il-gravità tar-reati u l-ammont kbir ta’ droga involut.
Barra minn hekk, CHAN Kok Wai ġie ordnat iħallas l-ispejjeż konnessi mal-ħatra tal-esperti, li ammontaw għal €7,695.51, u l-Qorti ordnat l-konfiska tal-oġġetti kollha relatati mad-delitt, inkluż kwalunkwe proprjetà mobbli u immobbli tal-imputat.
Il-Qorti ordnat ukoll li d-droga esebita tiġi distrutta taħt il-ħarsien tar-Reġistratur fi żmien ħmistax-il jum mid-data tas-sentenza, u d-dokumentazzjoni tal-proċedura tad-distruzzjoni tinżamm fl-atti tal-każ. Din is-sentenza ingħata mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras.
//= $special ?>

