Is-Shadow Minister Adrian Delia waqqa’ għal kollox ir-retorika tal-Gvern Laburista meta qed jibqa’ jgħid illi kienet biss ħrafa li l-Vitals u Steward serqu mal-400 miljun ewro mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Adrian Delia spjega illi skont rapport tal-Awditur Ġenerali, il-Gvern ta’ Malta bejn 2016 u l-2021 ħallas lill-barranin 268 miljun u 600 elf ewro. B’52 miljun u 700 elf ewro imħallsa lill-Vitals u 214 elf u 900 elf ewro lil Steward Healthcare. Il-pagi ġew jiswew 188 miljun u 500 elf ewro. Bit-total jammonta għal 456 miljun ewro.
Waqt il-programm “il-KAŻIN” ma’ Jon Mallia, Adrian Delia spjega fid-dettall il-veritajiet kollha b’rabta mad-deal ta’ Vitals u Steward.
Dan suppost kellu jkun dibattitu flimkien mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, membru tal-Kabinett ta’ Robert Abela u anke ma rappreżentant tal-Partit Laburista – iżda ħadd ma tfaċċa. U waqt ix-xandira, Adrian Delia kien mistoqsi dwar il-fatt li Robert Abela qed jitfa’ l-ħtijja fuqu wara li l-Gvern ma rnexxielux jirkupra ċenteżmu wieħed minn din is-serqa.
Adrian Delia spjega għalfejn hu ħa l-azzjonijiet li ħa sabiex inġiebu l-isptarijiet lura.
Huwa fakkar ukoll fl-akbar proġetti li ma sarux, minkejja li l-barranin kellhom dawn l-obbligi.
Adrian Delia spjega wkoll li kienu tnejn is-sentenzi tal-Qorti li ddikjaraw dan id-deal frawdolenti – minkejja l-propaganda kollha tal-Prim Ministru.
//= $special ?>

