Lokali Parlament

Ġid qed jitqassam iżda dan kien budget li ma jindirizzax lill-imġarrab

Ivan Bartolo, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li minkejja li ġid qed jitqassam, dan kien budget li ma jindirizzax lill-imġarrab.

Ivan Bartolo qal li jkun jonqos jekk jgħid li ma tqassmux flus iżda t-800 peruna bla dar fit-toroq li telgħu minn 570 għalkemm jista’ jkun li hemm iktar ukoll. Hu sostna li għal dawn in-nies u oħrajn f’diffikultajiet, il-budget seta’ ma ġie xejn għaliex intnesew realtajiet soċjali. Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm setturi li marru tajjeb iżda hwn min iħallas nofs il-paga fil-kirjiet; kamra waħda biss. Dawn huma gorboġ li joffendu lill-bniedem; is-sinjuri ma jridux jifhmu jew iridu jkomplu jibilgħu u ma jafux x’inhi s-sitwazzjoni tal-fqar quddiem sitwazzjoni allarmanti ta’ bosta.

Ivan Bartolo kompla li l-bniedem ma jistax jgħaddi bla saqaf għaliex dan hu dritt tal-bniedem. Hu sostna li l-kirjiet u l-propjetajiet huma sfida għal bosta u qal li persuna b’paga minima ta’ €850 fix-xahar ma jistgħux jaffordjaw. Dan jaffordjaw biss kamra f’appartament u minkejja l-aspettattiva l-budget ma ndirizzax din il-problema.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għal xi wħud il-kwalità tal-ħajja iddeterjorat; l-għada tal-budget kollox baqa’ l-istess fil-kirjiet u l-food banks. Eluf ta’ żgħażagħ qed isibuha diffiċli jixtru propjetà u aħfna djar affordabbli xorta huma għoljin għaż-żgħażagħ għaliex il-prezzijiet tal-prezzijiet splodiet fl-aħħar snin.

Ivan Bartolo qal li ż-żgħażagħ qed ikollhom idumu ħajjithom kollha jħallsu din il-propjetà u sostna li l-prezzijiet tad-djar huma ogħla mill-medja tal-UE. L-istrateġija tal-gvern hi li jħalli l-prezzijiet tal-kirjiet jgħolew iktar mill-pagi. Il-gvern qed jipprova biss jgħolli s-sussidji iżda dan mhwiex sostenibbli għaliex ilkirjiet se jkomplu jgħolew. Minkejja s-sussidju l-prezzijiet xorta mhumiex affordabbli; il-flus tas-sussidju qed imorru għand min għandu bżonn bħall-inkwilin u x-xerrej.

Ivan Bartolo sostna li hemm każi li ilhom 10 snin u iktar fil-lista ta’ stennija u żied li l-gvern għandu jistħi li fl-ewwel leġislatura ma beniex appartament wieħed, li qed jibgħat lin-nies bla dar il-ħabs u li m’hemmx definizzjoni ta’ persuni li jgħixu barra. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jispeċifika fejn għandhom imorru n-nies li ma jkunux f’shelter homes. Hu qal li l-iktar persuni li għandhom dħul baxx hma l-iktar persui eliġibbli u li għandhom bżonn djar soċjali iżda f’ħafna każi dawn ma jistgħux japplikaw għal djar soċjali.

Fid-diskors tiegħu Ivan Bartolo kompla li hu pożittiv li kienu mgħejjuna 900 familja iżda hemm mijiet li ilhom jistennew post iktar minn 10 snin. Dan qed jikkaġuna problemi mentali fuq il-persuni involuti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan hu budget li ma jindirizzax lill-imġarrab.

Il-gvern qed jippreżenta skemi li jidhru sbieħ fosthom ‘Irrinova Dahrek’ b’għotja ta’ €15,000. Fil-fatt setgħu japplikw biss dawk li jkunu straw id-dar fl-2025 iżda kien applikazzjonijiet aċċettati fejn ingħataw tliet ġimgħat b’estenzjoni ta’ ġimgħatejn. Min applika ingħataw link b’imsijiet ta’ inġiniera u periti biex jimlew l-applikazzjonijiet iżda l-periti u l-inġiniera qed jgħidu lill-applikanti li hu ħela ta’ żmien għall-istess periti u inġiniera li jaħdmu f’dawn l-iskemi għaliex kollox għalxejn.

Ivan Bartolo kompla li jistgħu japplikaw 100 familja u għalhekk dawn huma gymmicks. Hu sostna li l-ġid qed jitqassam f’dan il-budget iżda mhuwiex jolqot lill-imġarrab. Wara l-iskema tal-first time buyers, il-bejjiegħ għolla l-prezz waqt li skemi oħra m jgħoddux għal dawk li jixtru.

Hu tkellem fuq il-barranin fil-pajjiż u sostna li dawn qed ikunu trattati ħażin u qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli propju minħabba l-mudell ekonomiku. Dan qed iwassal biex il-Maltin mhumiex isibu fejn jikru. Il-kirjiet tripplaw fl-aħħar 10 snin, sostna Ivan Bartolo, li kompla li hawn tfal u familji li għandhom problemi soċjali kbar.

Il-gvern għandu jispjega għaliex waqaf il-proġett ta’ djar f’Ħal Farruġ u jekk dan waqafx minħabba kriżi finanzjarja f’Malita Investments Ltd, jekk il-kuntratturi waqfux mix-xogħol għax ma taslux mijiet ta’ eluf ta’ ewros, jekk hemmx nuqqas ta’ likwidità tal-kumpanija fi proġett ta’ €44 miljun. Dan kien deskritt l-ikbar proġett ta’ djar fil-pajjiż b’ammont kbir ta’ appartamenti. L-EIB talab spjega dwar l-infieq f’dan il-proġett li fih kien hemm self ta’ €22 miljun.

Hu staqsa jekk kinx hemm indħil politiku dirett mill-ministeru responabbli mid-djar f’dan il-każ u kompla li l-poplu għandu dridt ikun jaf il-verità. Il-PN ma jindħalax lill-istituzzjonijiet u se jħallihom jaħdmu dwar dan il-każ.