Lokali Parlament

Il-fondi Ewropej huma għodda għal żvilupp sostenibbli


Braham Bencini, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Benicini sostna fil-parlament li l-fondi Ewropej huma għodda għal żvilupp sostenibbli.

Graham Bencini qal li d-dejn qed jikber b'mod inkontrollabbli fil-livelli ta' €14-il biljun tant li l-imgħax li l-pajjiż se jħallas it-€388 miljun kull sena. Dan ifisser iktar minn €1 miljun kuljum f'imgħax; dan hu piż fuq il-ġejjieni tat-tfal Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista rrifera għal intrvista f'The Economist fejn esperti qed isostnu li l-pajjiżi li llum qed jgħidu li għadhom sejrin tajjeb ħafna, qed jgħidu tajjeb ħafna għax l-oħrajn sejrin agħar. Jeħtieġ li l-gvern jibqa' jamministra l-fondi pubbliċi b'iktar għaqal billi titnaqqas il-ħela u l-infieq jinżamm taħt kontra; dan għandu jsir issa mhux meta tinħoloq kriżi.

Il-fondi Ewropj huma katalist għall-iżvilupp ekonomiku u mhux bħala rigal; propju biex il-pajjiż jagħmel żvilupp ekonomiku sostenibbli Dawn il-fondi huma frott ta' deċiżjoni storika li Malta tissieħeb fl-UE b'deċiżjoni tal-PN, sostna Graham Bencini li kompla li din hi politika ta' kontinwità.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-fondi Ewropej huma strument strateġiku li jgħin lill-pajjiż jissaħħaħ u jwettaq proġetti li ma jistax jagħmel waħdu. Dawn il-fondi huma storja ta suċċess għal Malta, sostna Graham Bencini, li semma' l-enerġija u s-sigurtà nazzjonali, l-interconnector, is-saħħa pubblika, ir-riċerka medika, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-ambjent, l-infrastruttura, it-taħriġ vokazzjonali, il-komunitajiet rurali, l-appoġġ lill-isportivi u l-ekonomija bħala setturi li fost l-oħrajn ibbenefikaw minn miljuni ta' fondi Ewropej.

Graham Bencini qal li l-politika ta' koeżjoni għadha tkun waħda ta' għaqda nazzjonali u sostna li l-investiment kapitali qed jonqos. Meta l-fondi Ewropej ma jintużax, tkun sfida li għaliha jkunu qed iħallsu n-nies.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-improtanza li s-setturi Maltin, fosthom il-biedja, jkollhom l-aqwa aċċess għall-fondi Ewropej. Graham Bencini ppropona iktar informazzjoni u tnaqqis fil-burokrazija billi jsir punt ta' riferenza wieħed biex jgħinu lill-bdiewa fl-applikazzjoni għall-fondi Ewropej. Għandu jkun skadenzi ċara ta' ħlasijiet u pubblikazzjoni dwar ħlasijiet li ma jkunx għadhom saru.

Hu tkellem dwar is-sajd u l-akwakultura u qal li anki hawn għandu jkun hwn one-stop shop l-istess bħall-proposta dwar il-biedja. Setturi oħra li jibbenefikaw minn fondi Ewropej huma l-isport, il-kunsilli lokali u l-komunitajiet.