Lokali

“Issieħeb jew ġedded” – ċans sabiex tissieħeb bħala membru mal-Partit Nazzjonalista

Ritratt: Joseph Galea

Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jiftaħ il-bibien tiegħu, din id-darba permezz tal-inizjattiva “Issieħeb jew Ġedded” fejn wieħed għandu l-opportunità li jittesera mal-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jew inkella jġedded it-tessera tiegħu għas-sena li ġejja.

Net News tkellem mas-Segretarju Ġenerali Charles Bonello dwar din l-inizjattiva fejn spjega illi l-għan aħħari hu li aktar nies jittesseraw ruħhom.

Charles Bonello spjega kif kien hemm żieda fit-tesserati kemm ilu li gie elett Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Is-Segretarju Ġenerali spjega li kollha li se jżuru d-Dar Ċentrali tal-PN u l-każini kollha madwar Malta u Għawdex se jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu mad-deputati tad-distrett, mal-kandidati tal-PN u anke l-kumitati lokali li jaħdmu fl-ibliet u l-irħula.