Lokali Parlament

L-iskema ta’ bini ta’ djar setgħu saru ħafna aħjar biex is-sussidji joħduhom in-nies

Alerbt Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg sostna fil-parlament li l-iskemi ta’ bini ta’ djar setgħu saru ħafna aħjar biex is-sussidji joħduhom in-nies.

Albert Buttigieg qal li diversi skemi li hemm llum iddaħħlu minn Gvern Nazzjonalista u sostna lima jaqbilx mal-mod kif il-gvern qed jagħti art lill-iżviluppaturi biex jibnu l-appartamenti. L-art li se tingħata lill-iżviluppaturi se tkun ħafna inqas milli kieku huma marru jixtruha. L-iżviluppaturi jistgħu jbigħu b’rata kummerċjali iżda jrid jagħti sussidju ta’ 30%. Din l-iskema fiha ħafna proċess li jitfgħu dell tqil.

Gvernijiet Nazzjonalisti għamlu diversi skemi ta’ għajnuna bħall-Home Owernship Scheme u l-bini ta’ appartamenti u mainsonettes li jinbiegħu fi prezz sussidjat.

Kieku l-gvern Laburista bena hu u kien ibiegħ hu kien jagħti sussidju ħafna għaliex l-iżviluppatur se jagħmel ħafna aktar profit tkieku kellu jibni l-privat għaliex l-art l-iktar li tiswa fil-bini; madwar 60%. Dawk li se jkunu fl-iskema se jkunu qed jaqilgħu elfu kbar iktar minn dawk li huma barra mill-iskema.

Il-gvern qed ikun ġeneruż ħafna ma’ dawn l-iżviluppaturi magħżula. Min huma l-membri tal-bord tal-għażla għaliex il-ministru ma jridx jiżvelhom. Kieku l-gvern bena hu, is-sussidju kien jiżdied ma’ dak li minnu se jibbenefikaw ix-xerrejja żgħażażgħ.

Dwar il-listi ta’ stennija, Albert Buttigieg qal li l-fatti huma li fl-2013 din il-lista kienet 2,773 fuq l-applikazzjoni li minnhom kien hemm dawk li jkunu jridu jibdlu post minn lokal għall-ieħor.

Fl-2016 din il-lista kienet 3,444 persuna waqt li fl-2017 din kienet 2,597 persuna. Meta laħaq Rodrick Galdes fl-2024 din il-lista għal 1,679 iżda dan sar għax neħħew il-persuna li jridu jibdlu post, tneħħew persuni li m’għadhomx jikkwalifikaw u għax intużat l-iskema ‘Kiri’ li llum saret ‘Nikru Biex Nassistu’.

Meta l-iskema ‘Kiri’ dħalet fis-seħħ, il-PL għamel kruċjati sħaħ kontriha biex issa l-PL jammetti li kienet waħda mill-iskemi li naqsu l-listi ta’ stennija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li minn 1,676 fil-lista ta’ stennija u jiżdiedu l-1,600, jirirulta li fil-lista ta’ stennija hemm 2,979. Hu kompla li gvernijiet Nazzjonalist bnew 240 appartament li ngħataw kważi 60% sussidju.