Il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu l-passi f’sitwazzjoni fejn pajjiżi bħall-Italja, Spanja, il-Greċja u Ċipru ‘qed ibatu ż-żejjed mill-piż tal-immigrazzjoni’. B’hekk ukoll il-Kummissjoni qed twitti t-triq għar-rilokazzjoni tal-immigranti li qed ifittxu l-kenn politiku lejn pajjiżi-membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, hu minnu li l-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakka — li jiffurmaw parti mill-“Blokk tal-Lvant’ fl-UE — qed jirrifjutaw li jaċċettaw dawn l-immigranti.
Il-fatt li l-pajjiżi indikati qed idaħħlu aktar immigranti milli jifilħu għalihom kien elenekat fl-ewwel Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Proċess għall-Kenn Politiku fl-Ewropa. Dan meta Spanja, l-Italja, il-Greċja u Ċipru, is-sena l-oħra, kellhom jieħdu ħsieb ta’ livell sproporzjonali tal-immigranti, inklużi l-immigranti salvati mill-baħar.
Dawn l-erba’ pajjiżi, fl-2026, mistennija jibbenefikaw minn livell ogħla ta’ solidarjetà min-naħa tal-Istati oħrajn tal-UE….Solidarjetà li tippermetti biex l-Istati-membri oħrajn jieħdu numri ta’ dawn l-immigranti u jsibulhom residenza f’arthom. Il-pjan jesiġi wkoll biex il-pajjiżi jkollhom l-għażla għal kontribuzzjoni finanzjarja lill-pajjiżi bl-akbar ammont tal-immigranti.
//= $special ?>

