Lokali

Raġel l-isptar wara li ħabat f’arblu bil-karozza fl-Iklin

Raġel ta’ 49 sena minn Birkirkara weġġa’ wara li ħabat bil-karozza tiegħu tat-tip Mazda Demio, u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl fl-Iklin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:40am fi Triq il-Mosta.

Fil-post issejħu l-Pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.