Żewġt irġiel Niġerjani, Chuks Adamkofi ta’ 42 sena u Collins Onyebuchi Ordu ta’ 35 sena, ingħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal perjodu ta’ erba’ snin wara li ammettew li weġġgħu lil xulxin b’mod gravi fi ġlieda li seħħet nhar it-Tnejn filgħaxija f’Marsaskala. Huma tressqu l-Qorti b’ mod separat.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imġieba, ħdejn ‘Splendor Court’, ir-residenza ta’ wieħed minn Niġerjani għall-ħabta tal-10pm, u kien marbut ma’ argument dwar ċavetta li wieħed minnhom ma riedx jagħti lill-ieħor għax ma riedux hemm iżjed.
Matul il-ġlieda, iż-żewġt irġiel weġġgħu b’mod serju u kellhom bżonn attenzjoni medika. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, qieset il-fatt li iż-żewġ akkużati ammettew mill-ewwel u li ma kellhom l-ebda rekords kriminali preċedenti u esprimew rimors għal dak li seħħ.
Fil-kaz ta’ Adamkofi, l-ewwel wieħed li tressaq huwa qal li ma joqgħodx Malta u li ma kienx qed jaħdem. Il-prosekuzzjoni fiż-żewġ każijiet talba għal sentenza sospiża u mhux waħda effettiva u li din kienet l-iktar rimedju adattat. Ordu minn naħa tiegħu qal li jaħdem fil-kostruzzjoni.
Il-Qorti ordnat li matul il-perjodu ta’ erba’ snin tas-sospensjoni, biż-żewġ irġiel ma jistgħux jikkomunikaw jew jersqu lejn xulxin taħt l-ebda ċirkostanza, sabiex jiġu evitati konflitti ġodda. L-avukati difensuri ħabbru li m’għandhomx l-intenzjoni li jappellaw mid-deċiżjoni, u li qed jaċċettaw ir-riżultat bħala soluzzjoni raġonevoli għal każ li kien inklina għal konflitt u ammissjoni bikrija.
L-Ispettur Kurt Farrugia u l-Avukat Valentina Cassar mill-uffiċċju tal-AĠ mexxew il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Silvan Pulis deher għal Adamkofi u l-Avukat Julia Micallef Stafrace għal Ordu.
//= $special ?>

