Wara operazzjoni delikata estiża fuq numru ta’ sigħat, tard ilbieraħ bil-lejl ġie kontrollat in-nar li kien infirex fi scrapyard li tinsab f’zona biswit it-triq Tal-Barrani.
Fl-operazzjoni, li fiha ħadu sehem 97 pumpier, intużaw mal-1,200,000 litru ta’ ilma.
B’kollox, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħa 16-il siegħa biex is-sitwazzjoni inġiebet taħt kontroll. Bis-CPD juża mal-24 vettura tat-tifi tan-nar, kif ukoll ammont kbir ta’ bowżers.

Jassistu mas-CPD kien hemm uffiċjali tal-Pulizija, team minn Mater Dei, uffiċjali ta’ Transport Malta, volontieri tas-CPD, l-Emergency Fire & Rescue Unit, St John Ambulance, kif ukoll numru ta’ kuntratturi privati li provdew ilma bil-bowżers.
//= $special ?>

