Sport

ATP Final Tour f’Turin

Ġurnata oħra mill-fażi tal-gruppi tal-ATP Final Tour fil-PalaSport Alpitour f’Turin. Felix Auger Aliassine tal-Kanada seed numru 8 għeleb lil Ben Sheldon tal-Istati Uniti seed numru 5.

Kien Sheldon li rebaħ l-ewwel set 6 – 4. Reazzjoni immedjata minn Aliassine li rebaħ it-tieni set 7 – 6 sabiex it-tielet set ikun dak deċiżiv, kien mill-ġdid Felix Auger Aliassine li rebaħ 7 – 5

F’partita mill-isbaħ f’siegħa u 37 minuta Jannik Sinner seed numru tnejn għeleb lil Alexander Zverev tal-Ġermanja seed numru tlieta . Fl-ewwel set b’Sinner dejjem fil-vantaġġ minn 3 – 2 reazzjoni ta’ Zverev b’Sinner jibqa’ 5 – 4 sa kemm rebaħ l-ewwel set 6 – 4 . It-tieni set b’Sinner aktar aggressiv fetaħ vantaġġ ta’ 4 – 2, mar 5 – 2 u eventwalment għalaq is-set 6 – 3 sabiex għadda għas-semifinali tal-kompetizzjoni.

Illum fl-azzjoni Taylor Fritz tal-Istati Uniti kontra Alex de Minaur tal-Awstralja u Carlos Alcaraz, seed numru 1 kontra Lorenzo Musetti tal-Italja.