Il-President Amerikan Donald Trump mill-ġdid f’nofs il-kontroversja ta’ Jeffrey Epstein, dan hekk kif il-Partit Demokratiku ppubblika nurmu ta’ emails bejn Epstein u l-mara tiegħu li jissuġerixxu li Trump kien j dwar l-abbuż sesswali u li definittivament kien jaf dwar it-tfajliet ta’ Epstein.
Donald Trump innega illi huwa kien involut jew kien jaf bi traffikar sesswali li għalih kienu akkużati Epstein u martu. Iżda d-Demokratiċi stqarrew illi dawn l-emails iqajjmu dubji serji dwar l-involviment ta’ Donald Trump fir-reati kriminali ta’ Jeffrey Epstein.
L-emails li ġew żvelati kienu bejn Jeffrey Epstein u martu Ghislaine Maxwell illi kienet ikkundannata li wettqet traffikar sesswali ta’ numru ta’ nisa, wara l-mewt tar-raġel tagħha – li miet b’suwiċidju fl-2019 fil-ħabs federali waqt li kien qed jistenna sabiex jibda’ jinstema’ l-każ.
F’wieħed mill-emails, li jmur lura għal Jannar tal-2019, Epstien allegatament iddikjara li Trump kien talbu sabiex jirreżenja, u li bla dubju kien jaf bit-tfajliet u talab lil Ghislane sabiex tieqaf. B’email ieħor jiddikjara li kien hemm okkażjoni fejn tfajla għamlet siegħat ma’ Trump – iżda ismu qatt ma ssemma’.
//= $special ?>

