L-Ikbar vittma fid-deal li kien sar bejn il-Gvern a’ Malta u Vitals kien il-poplu Malti u Għawdxi. Dan qalu r-rapport tal-arbitraġġ. Iżda għall-Gvern ta’ Robert Abela din mhix raġuni valida biex wieħed jagħmel apoloġija. U filwaqt li l-istqarrija tal-Gvern dwar ir-rapport tal-arbitraġġ ma kienet xejn għajr spin… is-Segretaru Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea baqa’ jgħid li kien il-Partit Nazzjonalista li qed jiżgwida lill-poplu.
Dan meta fl-aħħar jiem ħareġ ċar mir-rappurtaġġ tal-kmamar tal-aħabarijiet kollha li l-ispin kienet saret biss mill-Gvern Laburista li ddikjrara vittorja għall-fatt li ma ġabx ċenteżmu lura lill-poplu Malti.
Intant, Net News stqasa wkoll lil Agius Galea jekk jistax jurina jew jispjegana x’investiment sar f’St Lukes. U hekk almenu jistax jurina fejn hu dan l-investiment. U minflok qalilna fejn hu dan l-investiment, stqarr li dawn ġew ikwantifikati fuq xi ħaġa – u mhux fuq l-arju. Iżda fl-ebda ħin ma spjega fejn hu dan l-investiment li Abela sejjaħlu ‘fair value’.
//= $special ?>
