Futbol Sport

It-tim tal-MFPA jirbaħ ir-raba’ edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup

It-tim tal-MFPA, rebbieħ tar-raba' edizzjoni tal-kompetizzjoni David Cluett Memorial Cup.
It-tim tal-MFPA, rebbieħ tar-raba' edizzjoni tal-kompetizzjoni David Cluett Memorial Cup.

Fil-ground ta’ St. Dorothy Ħaż-Żebbuġ, finali tar-raba’ Edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup organizzata minn Veterans Malta Football Association.

Suċċess għat tieni darba mill-Malta Football Players Association li għelbu lil Floriana Veterans wara l-għoti tal-penalties 16 – 15 Kienet partita ibbilanċjata biż-żewġ timijiet jalternaw il-vantaġġ tagħhom fejn sa tmiem is-60 minuta logħob l-iskor kien dak ta’ 3 -3.

Stanimir Miloskovic skorja żewġ gowls għal Malta Football Players Association filwaqt li Jonathan Bondin skorja gowl. Floriana Veterans kellhom lil Manolito Micallef Ii skorja żewġ gowls bi-gowl l-ieħor skorjat minn Bojan Kaljevic.

Bl-iskor ta’ 3 – 3 il-finai tad-David Cluett Memorial Cup kellha tkun deċiża bil-penalties.

Wara li ngħataw xejn inqas minn 32 penalty, kienu l-Malta Football Players Association li ħarġu rebbieħa bl-iskor totali ta’ 16-15.

Fi tmiem il-partita, Carlos Cluett, li jiġi ħu l-mibki iżda qatt minsi David Cluett, ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Malta Football Players Association Carlo Mamo.

Referee tal-partita kien Lorry Sammut.