Qormi Daikin kellhom tmiem il-ġimgħa pożittiv fil-logħbiet lokali fil-Kampjonati tal-hockey hekk kif rebħu żewġ partiti filwaqt li ġew draw f’oħra f’partiti minn diversi kategoriji f’kampjonati organizzati mill-Assoċjazzjoni tal-Hockey ta’ Malta.
Fil-Kampjonat Nazzjonali, Qormi Daikin rebħu bl-iskor minimu ta’ 1-0 lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bil-gowl ikun skorjat minn Steve Tanti.
Umpires kienu James Mizzi u Silvio Peralda.
Fil-Hockey 7s, Qormi għelbu lil White Hart 9-0.
Il-plejer veteran John Williams spikka meta skorja tliet gowls filwaqt li Nicole Zammit skorja żewġ gowls. Julian Zahra, Wyatt Magri, Giorgio Muscat u Bir Sandhu skorjaw gowl kull wieħed għat-tim immexxi minn Steve Tanti.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Alessandro Amore.
//= $special ?>
