Edukazzjoni Lokali

L-istaff akkademiku tal-Università jiddikjara tilwima industrijali minħabba l-pagi

L-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta iddikjara tilwima industrijali minħabba l-pagi.

Fi stqarrija l-UMASA fakkret kif sena ilu kienet preżentat talbiet ċari, u kienet ilha żmien twil tistaqsi x’se tkun l-offerta minn naħa tal-Gvern u tal-Università. Iżda l-lecturers baqgħu mingħajr proposta dwar pakkett finanzjarju.

L-istaff akkademiku insista li jekk sa nhar it-Tnejn ma tasalx offerta raġjonevoli, se joħoġru direttivi.