Manchester United qed jiffaċċjaw azzjoni legali minn raġel li qed jallega li meta kien tifel, u kien taħt il-kura u s-superviżjoni tal-klabb, kien ġie abbużat minn impjegat tal-klabb li llum m’għadux ħaj.
Ir-raġel, li ppreżenta kawża ċivili, qed jakkuża lill Manchester United, li bħala klabb naqas milli jipproteġih mill-abbuż.
L-akkużi saru kontra Billy Watts, li ħadem fil-grawnd tat-taħriġ tal-klabb f’Cliff fis-snin tmenin. Huwa miet fl-2009. Watts kien jaħdem bħala kit manager u grounds manager u allegatament, meta kien impjegat mar-Red Devils, kien wettaq abbuż fuq dan ir-raġel meta dan kien għadu tifel u taħt il-kura u s-superviżjoni tal-klabb.
Manchester United għażlu li ma jikkumentawx mal-media dwar dan il-każ.
//= $special ?>

