Żvelat kif l-eks kunsillier Laburista Desmond Zammit Marmara kemm il-darba kien offrut flus bħala tixħim. Iżda hu, dejjem irrifjuta.
Dan iddikjarah hu stess f’artiklu ppubblikat mill-ġurnal Politico, fejn l-eks Kunsiller tal-Labour – li fl-aħħar snin sar wieħed mill-krititċi tal-Partit Laburista – qal li hu qatt ma ħa flus minn tixħim.
Il-ġurnal Politico żvela ukoll kif Zammit Marmara, innota it-trend illi fis-settur pubbliku jiżdiedu ċeru budgets b’mod qarrieqi – sempliċiment biex isir frodi. Din hi akkuża serja, ġejja minn persuna li kien propju fil-qalba tal-Labour.
Dan l-artiklu tal-Politico, kien qed jiffokka fuq kif Joseph Musat flimkien ma 33 uffiċjal ieħor qed jiġu akkużati bi frodi fil-Qorti b’rabta mad-deal ta’ tliet sptarijiet. Bil-ġurnal jispjega ukoll kif il-prosperità fil-pajjiż wasslet ukoll għal elementi negattivi – fotshom ħbieberija żejda bejn negozjanti u politiċi.
Minn naħa tiegħu, Desmond Zammit Marmara ilu żmien jitkellem apertament u jispjega kif ħafna nies qed tinkwithom il-koruzzjoni fil-ħajja pubblika, in-nuqqas ta’ governanza tajba, ir-rimi min-naħa tal-Gvern Laburista tal-prinċipji tal-mertikorazija, in-nuqqas ta’ trasparenza fl-operat tal-Gvern kif ukoll id-dgħufija tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna.
Dan filwaqt li l-Gvern Laburista qed ikompli jitmexxa mill-estremisti li ħatfu kompletament l-establishment li qed jikkontrolla Kastilja.
//= $special ?>

