Saret l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat Reġjonali tal-Karting Sicilia fejn xita kontinwa ħakmet fiċ-ċirkwit Villa Rosa.
Fil kategorija KZN rookie Claude Brincat fil-provi ta’ kwalifika temm fit-tieni post filwaqt li fil-pre final daħal fit-tielet post u fil-finali temm fl-ewwel post biex kiseb wkoll l-ewwel rebħa tiegħu ta’ dan l-istaġun.
Fil kategorija Gr3 kategorija taħt l-10 snin kien hemm tmien sewwieqa Maltin .
Kimi Bugeja reġa’ ddomina din il-kategorija fejn rebaħ il-provi ta’ kwalifika, il-pre-finali u eventwalment il-finali . Bugeja rebaħ b’hekk sitta mit-tmien kompetizzjonijiet li saru dan l-istaġun. Fl istess kategorija kien hemm ukoll prestazzjoni tajba ta’ Zven Farrugia li temm fir-raba’ pożizzjoni.
Fl-istess kategorija Julian Vella daħal fis-sitt post filwaqt li Andrei Fenech temm fit-tmien post. Yan Camilleri, Zara Vella u Gigi Muscat temmew fit-12 , it-13 u s-16 il-post rispettivament.
Kienet l-aħħar kompetizzjoni fil-Kampjonat Karting Sicilia fejn Kimi Bugeja mhux biss kien dikjarat rebbieħ tal-kategorija GR3 Taħt l-10 snin iżda wkoll rebbieħ assolut fost is-sewwieqa kollha ta’ kull kategorija taz-zona Piste ta’ Sqallija.
//= $special ?>
