Il-kowċ nazzjonali Emilio De Leo u l-goalkeeper Henry Bonello, indirizzaw il-midja qabel il-partita mill-kwalifikazzjonijiet Ewropej għat-Tazza tad-Dinja 2026 kontra l-Finlandja.
De Leo għamel enfasi fuq l-isfida li se joffri t-tim nordiku fejn stqarr li l-Finlandja huwa tim bi struttura fiżika mill-aqwa, għandu ritmu ta’ logħob b’saħħtu, veloċi fit-tranżizzjoni u fil-kontrattakki. L-għan ewlieni tat-tim Malti, qal Leo, hu li jipprova jikkontrolla l-pusses tal-ballun u juża bl-aħjar mod il-kwalitajiet pożittivi u tekniċi tat-tim Malti.
Fir-rigward tar-riżultati tal-aħħar waqfa internazzjonali, De Leo qal li minkejja r-riżultati ma kenux ideali, xorta waħda ra progress li mhuwiex imkejjel bir-riżultati, fosthom fil-partiti kontra San Marino u l-Litwanja. Għal kontra l-Finlandja, De Leo qal li t-tim Malti jrid jilgħab sal-aħħar sekonda, fejn minkejja li se tkun partita diffiċli, it-tim Malti se juri determinazzjoni sal-aħħar minuta.
Il-goalkeeper Henry Bonello qabel il-messaġġ, innota l-progress tat-tim. “L-aħħar perjodu wera li aħna fuq triq tajba. Ħloqna ċansijiet kontra l-Bożnija, u b’aktar aggressività nistgħu ntejbu. Aħna ffukati li nilagħbu tajjeb u nittamaw li niksbu riżultat pożittiv.”
//= $special ?>

