Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Fgura

Kienu għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija kienu nfurmati li seħħet ħabta bejn mutur u karozza, fi Triq Hompesch il-Fgura.

Il-mutur li hu tal-għamla Honda kien misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Wied il-Għajn filwaqt li l-karozza tal-għamla Corolla kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti l-Fgura.

Fil-post kienu msejjħa immedjatament il-Pulizija, ambulanza u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Fortunatament, ir-raġel li kien qed isuq il-Corolla ma sofra l-ebda ġrieħi.