Tħabbret il-mewt tal-eks Sindku ta’ Birkirkara, Joanne Debono Grech. Joanne, hi bint l-eks deputat Laburista, Joe Debono Grech.
Fir-rwol ta’ Sindku tal-lokalitá, Joanne serviet f’din il-kariga għal 11-il sena, bejn l-2013 u l-2024. Joanne kienet ukoll kunsilliera fil-Kunsill Lokali tal-Birkirkara.
Joanne kienet ilha għal xi żmien tiġġieled marda li ħakmitha, fil-fatt bintha, Yana Borg Debono Grech, li ukoll kienet Sindku ta’ Birkirkara, kitbet fuq il-midja soċjali li minkejja l-uġiegħ li kien ikollha, ommha xorta waħa baqgħet hemm għall-familja u sejħitilha bħala “xempju tal-perseveranza sal-aħħar.”
Net News jestendi l-kondoljanzi lil familjari ta’ Joanne f’dan il-mument diffiċli.
//= $special ?>

