Internazzjonali

Trump jiffirma sabiex jintemm l-itwal shutdown tal-Gvern Federali fl-istorja tal-Istati Uniti

Ritratt: WJBC

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, iffirma sabiex mill-ġdid jiftaħ il-Gvern federali wara l-itwal shutdown fl-istorja tal-Gvern Amerikan.

L-approvazzjoni waslet wara li b’vot ta’ 222 favur u 209 kontra, ġie approvat ftehim bejn ir-Repubblikani u anke d-Demokratiċi.

Dan is-shutdown kien l-itwal wieħed fl-istorja tal-Gvernijiet Amerikani, bil-Gvern federali jieqaf għal 43 ġurnata.