Lokali

Uffiċjal għoli tal-Korp jitpoġġa fuq forced leave wara allegat abbuż

Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija rċeviet rapport anonimu permezz tas-sistema Break the Silence, li l-Korp introduċa f’Novembru tal-2020 biex isaħħaħ il-governanza tajba u l-integrità fi ħdan l-istrutturi tiegħu, dwar allegat abbuż minn uffiċjal għoli tal-Korp.

Immedjatament tnediet investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet, u bħala miżura amministrattiva l-uffiċjal in kwistjoni tpoġġa fuq forced leave.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-Korp tal-Pulizija jibqa’ impenjat li jħares l-istandards l-aktar għoljin ta’ integrità utrasparenza.