Kultura Lokali Mużika

What the Dickens! – The Mysterious Books: Trijonf għall-kollaborazzjoni multidixxiplinarja

The Medina Foundation for Music kompliet tafferma l-impenn tagħha  li tippromwovi l-arti  mużikali u kreattiva. Fic-Centru  ta’ dan kollu hemm is-St Paul’s Metropolitan Orchestra (SPMO) li hija l-unika orkestra sinfonika indipenti  fil-Gżejjer Maltin, li din is-sena qed tfakkar l-għaxar  anniversarju mit-twaqqif tagħha. L-SPMO kienet il-protagonista  f’diversi kollaborazzjonijiet  ma diversi korijiet lokali  u barranin, kumpaniji taż-żfin, gruppi Rock u istituzzjonijiet li  jappoggjaw nies b’xi forma ta’diżabbiltà.

Il-versatilità artistika reġgħet kienet evidenti fil-premiere internazzjonali riċenti ta’ What the Dickens! – The mysterious Books, xogħol li ttella’ f’Ottubru fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Dan wara ġimgħat twal ta’ tħejjijiet u rehearsals intensivi. Din il-produzzjoni li oriġinat minn kompożizzjoni mużikali  ta’ Maestro Mark Agius irriżultat  f’taħlita  ta’ mużika, reċtar u żfin, tat il-ħajja lill-karattri immortali  li ħoloq il-kittieb Ingliż Charles Dickens Din il-produzzjoi ingħatat il-ħajja bl-esekuzzjoni  eċċezzjonali taħt it-tmexxija  mużikali tal-kompożitur innifsu, li intlaqgħu b’entużjażmu.

Il-kompożizzjoni What the Dickens! – The mysterious Books hija mqassma fi 22 moviment li jeħduna minn karattru għall-ieħor u minn ambjent għall-ieħor mingħajr ebda skossi.  Fost il-karattri li kienu inkorporati f’din il-produzzjoni  kien hemm Oliver Twist –xempju tal-perseveranza, Ebenezer Scrooge li fl-aħħar infeda mill-kompassjoni, u Miss Havisham li rrappreżentat  id-desolazzjoni li wieħed isib ruħu fiha meta jitlef kull tama.  Kien hemm ukoll karattri oħrajn  li ntrabtu ma’ xulxin bin-narrattiva ta’ Inspector Bucket.

Id-dimensjonijiet kollaborattivi ta’ din il-produzzjoni  kienu xi ħaġa li ma tistax tħalliha barra. Id-direttut Artistiku kien Louis Noir li wassal għall-kollaborazzjoni  tat tliet skejjel taż-żfin – Alison Dance Studio, PaulCurmi Dance Company u Dancing Angels – flimkien ma Chum Gymnastics, il-Pipesand Drums  tal-Hamrun Scout Grout u l-Vidal,s Diversity Team – li huma ensemble ta’ 25 persuna b’abbiltajiet differenti.

Din il-produzzjoni ma kenitx tkun possibbli  mingħajr l-għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Ministru tal-Inklużjoni u s-Settut tal-Volontarjat. What the Dickens! – The mysterious Books tifforma parti  minn programm  “Contrasting Concepts” li huwa  appoġġjat  mill-Kunsill tal-Arti u li għandu l-għan li jippromwovi  kull forma kulturali f’pajjiżna. Qabel dan ix-xoghol l-SPMO, sentejn ilu ppreżentat premier ieħor  ta’ xogħol orkestrali, xogħol li laħaq livell professjonali għoli ħafna.

Kollettivament dawn il-produzzjonijiet juru  kemm l-SPMO qed tikber  u timmatura mil-lat artistiku, dak organizzattiv kif ukoll f’dik li hija resiljenza. Dan kollu qed jgħin biex ikabbar  is-settur kulturali Malti. Is-suċċess ta’ What the Dickens! – The mysterious Books mhux biss  biss pass importanti imma riaffermazzjoni  tal-iskop tal-SPMO li tgħaqqad id-dixxiplii artistiċi  u tiċċelebra t-talent Malti u l-kultura Maltija ssir aktar vibranti.