Lokali

Żewġ persuni jittieħdu b’urġenza l-Isptar wara ħabta bejn mutur u van

Żewġ persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn mutur u van fi Triq Hompesch f’Ħaż Żabbar.

Jidher illi għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn raġel ta’ 70 sena residenti Wied il-Għajn u vann tal-għamla Nissan Vanette misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti Wied il-Għajn ukoll.

Fil-post kienu msejjħa ambulanza, il-pulizija u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jieħdu liż-żewġ sewwieqa l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.