F’ġurnata oħra mill-fażi tal-gruppi tal-ATP Final Tour fil-PalaSport Alpitour f’Turin, Alex De Minaur tal-Awstralja għeleb lis-seed numru 7 Taylor Fritz tal-Istati Uniti. Wara li fl-ewwel set kollox kien inċert sakemm De Minaur rebaħ 7 – 6, l-istess Alex De Minaur iddomina t-tieni set li rebaħ 6 – 3.
Fl-ewwel set b’Musetti jżomm il-pass ma’ Alcaraz minn 2 – 2 għal 3 – 3, eventwalment kien Carlos Alcaraz li għalaq 6 – 4 . It-tieni set dominat għal kollox minn Carlos Alcaraz li rebaħ 6 – 1 sabiex għadda għas-semi finali.
Illum Alexander Zverev tal-Ġermanja jilgħab kontra Felix Auger Aliassine tal-Kanada filwaqt li Jannik Sinner tal-Italja rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena li għaddiet, jilgħab kontra Ben Shelton tal-Istati Uniti.
//= $special ?>

