Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, żar l-uffiċini tal-kumpanija GO fiż-Żejtun – sena wara l-ftuħ ta’ dawn il-headquarters.
Matul din iż-żjara, Alex Borg, iltaqa’ mal-ħaddiema u mal-management li spjegaw l-ambizzjonijiet ta’ din il-kumpanija, li qed tiddiversifika f’numru ta’ setturi – fosthom l-enerġija.
Akkumpanjat mis-CEO tal-GO, Nikhil Patil u mis-Segretarju tal-kumpanija, Francis Galea Salomone, Alex Borg ra wkoll kif joperaw u kif jaħdmu s-sezzjonijiet varji tal-kumpanija. U l-mod li bih il-GO qed tinċentiva lill-ħaddiema biex ikollhom il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.
Ma’ Net News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg qal li l-kumpanija GO tħaddem inizjattivi li jiffavorixxu l-benesseri tal-ħaddiema permezz ta’ aktar xogħol flessibbli u remote working.
Filfatt, il-ħaddiema kollha għandhom direzzjoni biex jidħlu darbtejn fil-Ġimgħa fl-uffiċċju filwaqt li l-kumplament tal-ġimgħa jistgħu jaħdmuha permezz ta’ remote-working. Eżempju ċar ta’ kif verament il-flessibiltà fuq ix-xogħol tista’ taħdem.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Sabine Agius Cabourdin u x-Shadow Ministers Bernard Grech, Ivan Castillo u Ryan Callus.






