Lokali

Ħasra li l-Labour ma jafx jegħleb it-tentazzjoni li jkun partiġjan

Fil-mument li fih l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-Gvern Laburista f’żewġ laqgħat kostruttivi u maturi qablu li m’għandux ikun hemm attitudni partiġjana dwar il-Viżjoni Malta 2050, kontra kull ftehim il-Labour illum qabad u indirizza konferenza tal-aħbarijiet mimlija attakki partiġjani fil-konfront tal-Oppożizzjoni.

Din mhi xejn ħlief konferma kemm dan huwa gvern li għeja, maqbud f’kunflitt intern ċar li qed iwassal biex lanqas fuq dak li suppost huwa fl-interess nazzjonali l-Partit Laburista mhu kapaċi jżomm kelmtu.

Hija ħasra kbira li lanqas fuq din, il-Labour ma rnexxilu jegħleb it-tentazzjoni li jkun partiġjan.