Din is-sena qed jiggradwaw 1,718-il student mill-Università ta’ Malta; numru li fi kliem l-Università, qed ikompli jikkonferma x-xogħol kbir li jsir minn din l-ogħla istituzzjoni edukattiva f’pajjiżna.
B’kollox, kienu 657 l-irġiel li gradwa, filwaqt li kien hemm 1,057 mara.
257 minn dawn l-istudenti gradwaw mill-Fakultà tal-Ekonomija u l-Accounts, 193 mill-Fakulta tal-Arti, 186 fix-Xjenza u 169 mill-Kors tal-liġi
Matul il-jum, id-Dar Ċentrali tal-PN fetħet il-bibien tagħha għall-gradwati, bl-istudenti tal-Bcom, tal-ekonomija u tal-inġinerija jiċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom flimkien mal-Kap tal-PN Alex Borg
Alex Borg laqa’ lil dawn l-istudenti u ċċelebra magħhom dan il-pass tant importanti għalihom. Pass li jfisser li issa għandhom iċ-ċertifikat mill-Università ta’ Malta li tant ħadmu għalih.
Il-Kap tal-PN Alex Borg awguralhom għal futur filwaqt li saħaq li dan is-suċċess akkademiku ser ikun l-ixprun tal-bidla f’pajjiżna.
Intant, matul il-jum, aktar gradwati mill-Università ta’ Malta iċċelebraw dan is-suċċess li kisbu fi tmiem il-kors tagħhom. Dan hekk kif issoktaw mhux biss il-gradwazzjonijiet, iżda anke l-buscades tradizzjonali.
//= $special ?>
