Il-provi baqgħu mistura. L-irċevuti baqgħu ma intwerew qatt. U ħadd ma jaf għaliex ħallasna lil Vitals u Steward.
Din hija d-domanda prinċipali li tressqet waqt id-dibattitu li sar waqt l-episodju ta’ din il-ġimgħa ta’ Times Talk, li fih ipparteċipaw ix-Shadow Minister Adrian Delia u l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard. Bil-Gvern jibqa’ ma jġib ebda prova biex juri b’mod trasparenti fejn marru l-miljuni li ġew misruqa minn Vitals u Steward.
Matul id-dibattitu tat-Times il-Ministru baqa’ jirrepeti l-propaganda tal-Gvern dwar l-€400 miljun. U pront, Adrian Delia wieġbu li s-serqa – fil-verità – kienet akbar. B’Jonathan Attard jibqa’ ma jweġibx kif se jġib lura dawn il-miljuni. Anzi, qed jinsisti li ma kien hemm ebda serqa.
Għalkemm il-Ministru tal-Ġustizzja spiċċa kellu jammetti li d-difiża ta’ pajjiżna f’dan l-arbitraġġ straħet fuq il-kawża li kien fetaħ Adrian Delia fil-Qrati Maltin.
Adrian Delia sfida lill-Ministru biex jgħid xi provi ressqu fl-arbitraġġ biex iġibu lura l-€488 miljun…iżda dawn il-provi baqgħu ma ħarġux mid-dibattitu kollu. U Adrian Delia minn naħa tiegħu insista li l-Ministru tal-Ġustizzja qed jgħid ħmerijiet legali.
Intant, Jonathan Attard ġie affaċjat ukoll bir-realtà li minn dan id-deal, kien il-poplu li ħareġ tellief. Bil-Ministru jistqarr li l-Gvern “għamel biċċa xogħol tajba” waqt l-arbitraġġ.
//= $special ?>

