Lokali

Il-PBS jgħid li miexi x-xogħol fuq it-trakka – id-dilettanti stess jgħidu li dan hu “qerq” u li qed jiġu “trattati ta’ imbeċilli”

Il-famuża trakka ilha imwegħda mill-Gvern Laburista sa mill-2013. U issa, ix-Xandir Nazzjonali qed jerġa’ jimbotta l-propaganda ta’ Kastilja billi jgħid li x-xogħol fuq it-trakka “miexi”. Dan meta bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-kwart ta’ mil, u mhux iċ-ċirkwit li ilhom jistennew id-dilettanti tal-karozzi.

Fuq Facebook, ħafna dilettanti spjegaw kif ġew ivvutati nofs miljun għal dan il-proġett, meta “hemm bżonn 10 miljuni biex titlesta t-trakka”.

“Tkomplux tqarrqu, Super One 2”, kitbet persuna taħt l-artiklu tal-PBS.

Oħrajn qalu: “Intom wegħdtuna trakka mhux kwart ta mil, mela għal xi mbeċilli kollox sar jgħaddi issa? U min mhux dilettant aħjar ma jikkummentax ħa jaqta figura aħjar.”

Fost il-kummenti spikkaw: “Linja dritta saret tissejjaħ ċirkwit”. “Waslet l-elezzjoni”. “Qed tagħmlu trakka li diġa’ kellna, aħna ċ-ċirkwit rridu”.

Dan filwaqt li xi ħadd, b’mod ironiku kiteb, “Lando u Hamilton booked”.