Lokali

“Importanti li nibqgħu ninċentivaw is-settur tal-MedTech”

Huwa importanti u kruċjali li f’pajjiżna nibqgħu ninċentivaw is-settur tal-MedTech.

Hekk iddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta indirizza għall-ewwel darba l-konferenza tal-MedTech, fejn stqarr li jinsab verament impressjonat dwar kif idea lokali minn start-up Maltija ftit snin ilu, illum saret pjattaforma globali li tiġbor flimkien xjentisti, investituri u nies mill-qasam tal-innovazzjoni.

Kien hawn fejn irringrazzja wkoll lis-start-ups u lill-investituri preżenti, u qal li l-entużjażmu tagħhom huwa sinjali li Malta għandha l-potenzjal tkun dar għall-innovazzjonli li tbiddel il-futur tal-kura tas-saħħa, u għalhekk faħħar ix-xogħol ta’ Dylan Attard, is-CEO ta’ MedTech World.  

Alex Borg semma’ wkoll kif dawn l-aħħar xhur, kellu kollaborazzjoni ma’ MedTech World fir-rwol tiegħu bħala rappreżenant ta’ Malta fil-World Mental Health Leaders Network.  

Waqt id-diskors tiegħu, Alex Borg irrimaka wkoll dwar il-potenzjal li għandu Għawdex fit-tkabbir tal-industriji tal-MedTech u l-innovazzjoni, u irrefera għal laqgħat li kellu riċentament mal-Gozo Business Chamber u ma’ imprendituri żgħażagħ Għawdxin f’dan il-qasam. U qal  li hu impotanti li l-potenzjal minn madwar il-pajjiż kollu jingħaqad ma’ netwerks globali bħal MedTech World.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg indirizza wkoll liż-żgħażagħ preżenti u appellalhom biex ma jħallu lil ħadd jgħidilhom li huma żgħar wisq biex imexxu jew li m’għandhomx biżejjed esperjenza.

Martin Agius

Alex Borg kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa’, mal-essebituri preżenti, fejn kien akkumpanjat wkoll mix-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia.